Sport Waterpolo

Waterpolo: It-tieni rebħa

Sirens Ritter Sport……………11
Exiles Ferretti………………….12
(2-2), (3-2), (5-4), (1-4)

B’mod drammatiku, Exiles Ferretti kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Sirens Ritter Sport 12-11 b’gowl fl-aħħar sekonda. Għajr fl-ewwel sessjoni, Sirens dejjem kienu minn fuq iżda minkejja t-telfa rashom hi mistrieħa li spiċċaw fir-raba’ post. Għal Exiles, din ir-rebħa tħalli t-tama li jispiċċaw punti ndaqs ma’ Valletta jekk jerbħu l-aħħar partita kontra l-istess Valletta.

Sirens irnexxilhom jieħdu vantaġġ minimu ta’ gowl u saħansitra irnexxilhom jmorru 10-6 fit-tielet sessjoni b’gowls konsekuttivi minn Marc Grech, Csaba Kiss u doppjetta ta’ Christian Presciutti. Exiles irnexxilhom irkupraw żewġ gowls minn Cuk sa tmiem it-tielet sessjoni.

Fl-aħħar sessjoni Cuk naqqas id-distakk għal gowl Csaba Kiss għamilhom 11-9 iżda għal darba oħra Cuk u Spiteri Staines ġabu l-iskor indaqs. Il-protagonist assolut tal-logħba Marko Cuk skorja l-gowl deċiżiv bl-aħħar xutt tal-logħba fl-aħħar sekonda biex ta rebħa prezzjuża lil Exiles.

Sirens: N. Grixti, Z. Mizzi (1), C. Presciutti (4), G. Pace, M. Grech (1), C. Kiss (2), M. Caruana, D. Cutajar (1), J. Napier, E. Aquilina (2), L. Caruana, A. Sammut, M. Muscat

Exiles: I. Bugeja, J. Rizzo Naudi, S. Vassallo, D. Pace Lupi, R. Blary, J. Spiteri Staines (1), J. Bajada, K. Griscti, S. Galea Pace, A. Bianchi (1), M. Cuk (10), P. Paris, K. Lanzon
Referees: Massimo Angileri, Thomas Pagani.