Lokali

Aġġornata : 30 tiġieġa u żewġt iklieb imutu konsegwenza ta’ nirien f’razzett fin-Naxxar

Arkivji

Nara li ħakem razzett fit-Telgħa tal-Għatba fin-Naxxar it-Tlieta filgħaxija ħalla tal-anqas tletin tiġieġa u żewġt iklieb mejta.

Fuq il-post waslu numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu r-razzett. Ir-razzett jinsab taħt l-iskola post-sekondarja Higher Secondary.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li sid ir-razzett, li għandu 57 sena u jgħix fir-razzett stess, kien ħareġ ftit tal-ħin qabel meta kien infurmat b’dak li ġara minn raġel li għandu għalqa fil-qrib.

Jirriżulta li n-nar żviluppa u kiber minħabba t-tiben li kien hemm fir-razzett u l-għalqa biswit l-istess razzett.

In-nirien kienu qawwija tant li uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili damu aktar minn siegħa biex ikkontrollaw u aktar tard tfew in-nirien.

nirien razzett naxxar 2