Ġuvni ta’ tmintax-il sena jinsab f’qagħda kritika wara li ntlaqat minn xabla waqt re-enactment fil-Forti Rinella.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar.
Kif kienu nfurmati bil-każ, il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla rrikorrew minnufih l-Isptar Mater Dei, fejn ġie stabbilit li l-vittma, li joqgħod Ħal Tarxien, kien qiegħed jgħati dimostrazzjoni ta’ dwell ma’ kollega tiegħu, li għandu ħamsa u għoxrin sena u joqgħod Santa Venera.
Madankollu, s’issa ma jidhirx li kien hemm xi ntenzjoni ħażina wara dan l-inċident sfortunat.
//= $special ?>


