Ambjent Lokali

Aktar pressjoni mill-Front Ħarsien ODZ

Dalgħodu l-Font Harsien ODZ bagħat ittra lill-Prim Ministru, lill-Arcisqof u li1-Chairman tal-MEPA sabiex jispjega l-ħsibijiet dwar il-proposta li jinbena l-kulleġġ Saint Albert f’zona li hi ‘l barra mill-iżvilupp minkejja li l-iżvilupp propost jaqa’ taht il-pjan lokali tal-MEPA.

Fl-ittra li bagħat il-Front Harsien ODZ, li tagħha ntbagħtet kopja anke lill-media, l-Front jinnota li l-binja li minnha jitmexxa l-kulleġġ Saint Albert mhix adegwata u hemm bzonn li jinstab sit ieħor – iżda mhux fejn qed ikun propost, għax din hi zona ODZ f’Hal Ghaxaq.

Fl-ittra sar appell lill-awtoritajiet biex isibu siti alternattivi filwaqt li ntqal li bir-rieda t-tajba minn kull parti jista’ jkollna sitwazzjoni fejn kulħadd igawdi. L-ittra ndirizzata lill-Prim Ministru, lill-Arcisqof u lic-Chairman tal-MEPA ntbagħtet minn erba’ membri tal-Front Harsien ODZ; Monique Agius, Michael Briguglio, James Debono u Dr Shaun Grech.