Internazzjonali

Biża ta’ attakk fi Franza għall-festa ta’ Santa Marija

Il-Ministeru tal-Intern Franċiż kif ukoll il-mexxejja tal-Knisja Kattolika Franċiża ħarġu twissija biex għall-festa ta’ Santa Marija n-nies joqogħdu b’seba’ għajnejn, b’mod partikulari dawk li jattendu l-attivitajiet reliġjużi.
Dan minħabba l-possibbiltà ta’ attakki terroristiċi minn militanti Iżlamiċi.
Erba’ xhur ilu, is-servizzi tas-sigurtà Franċiżi xejnu attakk terroristiku fuq knisja u hemm tħassib li f’din il-festa popolari fi Franza wkoll, jista’ jinqala’ xi ħaġa.
Barra minn hekk, madwar il-knejjes Kattoliċi fi Franza qed jitwaħħlu avviżi biex in-nies ma jħallux basktijiet waħedhom meta jmorru għat-tqarbin, u biex jekk jaraw basket abbandunat jew xi ħaġa mhux tas-soltu fil-knisja, imorru javżaw immedjatament lil xi ħadd ta’ awtorità.