It-tabiba ta’ Chelsea Eva Carneiro ġiet sospiża milli tattendi għall-partiti tal-klabb wara li kienet ikkritikata mill-manager Jose Mourinho. Ġimgħa ilu Chelsea ġew miżmuma draw 2-2 kontra Swansea fl-ewwel partita tagħhom fil-kampjonat u Mourinho irrabja minħabba li t-tim spiċċa jilgħab għal ftit minuti b’disa’ plejers għax Carneiro ħarġet iddewwi lil Eden Hazard.
Chelsea spiċċaw jilagħbu b’disgħa minħabba li kienu diġa’ qed jilagħbu b’10 wara t-tkeċċija ta’ Courtois. Skont Mourinho Hazard ma kellux għalfejn jinħareġ mill-pitch għax kien biss għajjien. Carneiro se tibqa’ tabiba tal-klabb imma mhux se titħalla tkun fuq il-bank waqt il-partiti tal-Blues. Intant, l-appell ta’ Chelsea dwar Courtois ma intlaqax u b’hekk dan se jitlef il-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Man City.
//= $special ?>

