Id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela inħatar Konsulent fil-Ministeru tat-Trasport għal perjodu ta’ sentejn. Dan ġie rrappurtat fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal The Times of Malta.
Il-kuntratt bħala Konsulent kien ta’ €26,000 fis-sena, li għall-ewwel kien ingħatalu ġimgħatejn wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali. L-istorja tkompli li wara li għaddiet l-ewwel sena, il-kuntratt kien iġġedded għal sena oħra mill-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi.
Madankollu, issa mhux ċar jekk id-Deputat Mexxej Laburista għadux iservi ta’ Konsulent fi ħdan il-Ministeru tat-Trasport, bil-ġurnal ikompli jirrapporta li Abela ngħata €52,000 f’sentejn b’direct order.
//= $special ?>

