Futbol Sport

Federico Balzaretti jirtira mill-futbol

Id-difensur ta’ Roma Federico Balzaretti ħabbar li se jirtira mill-futbol minħabba la qatt ma irnexxielu jirkupra minn injury li għandu f’qaddu. Sa minn Novembru tal-2013, Balzaretti, li għandu 33 sena lagħab biss darba. Hu kien weġġa’ fil-partita kontra Sassuolo u kien anke ġie operat fl-Istati Uniti bit-tentattiv li jirkupra u jerġa’ jibda jilgħab b’mod regolari.

Balzaretti, li lagħab 16-il darba mat-tim nazzjonali tal-Italja kien irritorna għat-taħriġ f’April li għadda u fl-istaġun li għadda lagħab l-aħħar partita tal-kampjonat kontra Palermo. Madankollu jidher li matul l-aħħar ġimgħat Balzaretti reġa’ ħassu skomdu u muġugħ u kien għalhekk li ħa din id-deċiżjoni. Issa hu se jkun qed jaħdem flimkien mad-diriġenti ta’ Roma u mad-Direttur Sportiv tal-klabb Walter Sabatini.