Sport

Froome se jikkompeti fit-Tour ta’ Spanja

Chris Froome, iċ-ċiklist ta’ Team Sky li għadu kemm rebaħ it-Tour de France ħabbar li se jikkompeti fit-Tour ta’ Spanja. F’dawn l-aħħar ġimgħat Froome sar l-ewwel ċiklist mir-Renju Unit li qatt rebaħ it-Tour de France darbtejn u issa se jittanta xortih fl-aħħar Tour maġġrui tas-sena li jibda fit-22 ta’ Awwissu u jintemm fit-13 ta’ Settembru.

Fi Spanja Froome se jkun qed jipprova jsir l-10 ċiklist fl-istorja li f’sena jkun rebaħ żewġ tours maġġuri. L-aħħar ċiklist li irnexxielu jagħmel dan kien l-iSpanjol Alberto Contador li fl-2008 kien rebaħ il-Giro d’Italia u t-Toure ta’ Spanja (Vuelta). Jacques Anquetil u Bernard Hinault huma l-uniċi żewġ ċiskliti li qatt rebħu t-Tour de France u l-Vuelta.

Bla dubju l-akbar rivali ta’ Froome se jkunu s-soliti Nairo Quintana tal-Kolombja u t-Taljan Vincenzo Nibali. Dan tal-aħħar se jkun irid żgur jpatti għad-disfatta li kellu fit-Tour de France fejn naqas milli jiddefendi t-titlu li kien rebaħ sena ilu.