Lokali

Il-flotta tal-Air Malta m’għandhiex tonqos – il-PN

Il-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx li l-flotta tal-ajruplani tal-Air Malta tonqos. Jekk il-linja nazzjonali tal-ajru tibqa’ għaddejja b’dan il-pjan, se twassal biex tiċkien ir-rilevanza tal-Air Malta u se jkun hemm impatt anke fuq il-ħaddiema.

Sostna dan ix-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech, f’kummenti li għadda waqt il-programm Mhux Cafe’ Premier fuq NET Television. Grech qal li hekk kif il-Pjan ta’ Ristruttrar fl-Air Malta suppost jiġi fi tmiemu f’Marzu, sal-bidu tas-sena d-dieħla l-Gvern kien marbut mal-Kummissjoni Ewropa li jpoġġi l-kumpanija fuq bażi vijabbli.

Madankollu, il-Gvern għandu strateġija ta’ ħabi dwar l-Air Malta u dan qed joħloq inċertezza fost il-ħaddiema, sostna Claudio Grech. Dwar il-pjan ta’ privatizzazjoni għall-Air Malta, saħaq li l-Gvern m’għandux iċedi l-kontroll tal-kumpanija.

Min-naħa l-oħra fakkar kif sal-2014, il-Pjan ta’ Ristrutturar kien għadu on-track.