Lokali

Il-PL sieket quddiem l-akkużi fuq l-ex teżorier Joe Sammut

Minkejja l-gravità tal-akkużi li qed isiru fil-konforont tal-ex teżorier tal-PL, l-istess PL jinsab sieket. L-akkużi fil-konfront tal-ex teżorier Laburista juru r-relazzjonijiet mill-qrib li kien hemm bejn esponenti Laburisti u persuni proninenti fil-gvern dittatorjlai Libja. L-aħħar fost dawn il-każi hu dak tal-ex teżorier tal-PL Joe Sammut.

L-ex teżorier tal-PL u awditur Joe Sammut kien interrogat mill-pulizija dwar allegazzjonijiet li għin persuni Libjani biex jiksbu permess ta’ residenza billi joħolqu kumpaniji foloz. Jirriżulta li Joe Sammut kien interrogat fit-tul mit-taqsima ta’ kontra l-krimini ekonomiċi propju dwar ir-reġistrazzjoni ta’ mijiet ta’ kumpaniji Libjani f’Malta.

L-istorja bdiet tieħu xejra differenti hekk kif kien hemm l-ammissjonijiet fejn il-Libjan Arab Ali Khalefa ta’ 44 sena ammetta li ffalsifika informazzjoni dwar kumpnaija biex jikseb permess ta’ residenza. Hu kien kundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin u se jkun deportat. Jirriżulta li Khalefa lanqas biss kien jaf kemm kellu ishma fil-kumpanija.

L-ex teżorier tal-PL Joe Sammut kien persuna qrib ferm tal-familja Gaddafi. Jirriżulta li Mutassim, it-tifel ta’ Muammar Gaddafi, kienu l-uniku azzjonisti fil-kumpanija Capital resoruces Ltd li twaqqfet f’Ġunju 2010 minn Joe Sammut biex iżżomm assi ta’ Gaddafi taħt l-isem Muastasimbllah Muammar Abuminyar f’Malta.

Għal snin, negozjanti Libjani li kienu qed jaħarbu mit-taqlib fil-Libja kienu qed ifittxu refuġju fl-ufiċċju legali ta’ Joe Sammut bħala accountant fil-Mosta. Fost il-kumpaniji li sabu refuġju fl-uffiċċji tal-ex teżorier tal-PL kien hemm is-Sealandair Energy International, il-Mabco Holding u Ferasa International Trading & Construction. Ma’ dawn kien hemm ukoll il-Lamar International Group, il-Jawal, il-West Tripoli u t-Tripoli Stone Company.

Qed kun żvelat ukoll l-ammont ta’ flus li qed jitlob Joe Sammut għas-servizzi tiegħu fejn it-tarifif jidher li hi ta’ E7500 għal kull persuna. Fuq medda ta’ ftit xhur, permezz ta’ Joe Sammut, kienu reġistrati madwar 850 kumpanija fejn it-tariffa fuq 850 persuna tammonta għal E6.4 miljun.

Għadu mhux stabbilit f’passi se tieħu l-Awtorità Maltija tal-Finanzi quddiem dak li intqal fil-qorti fil-konfront ta’ Joe Sammut għalkemm mhux eskluż li l-Awtorità informat lill-awtoritajiet komeptenti.

Aspett ieħor trattat f’dawn il-każi hu dak mabrut man-network ta’ persuni oħra u uffiċjali f’pożizzjonijiet awtorevoli biex il-klijienti ta’ Joe Sammut ikunu trattati bi prijorità fil-ħtiġijiet tagħhom. Dan ifisser li dawn il-persuni jeviatw il-burokrazija kollha. Preokkuppanti hu l-fatt li l-persuni li jingħataw permess ta’ residenza f’Malta jkollhom ukoll aċċesss għall-UE.

Quddiem is-sitwazzjoni delikata u perikoluża tal-Libja bħalissa u l-mod kif eluf ta’ Libjani qed jaħarbu mill-pajjiż, is-servizzi li qed joffri l-ex teżorier tal-PL jikbru fil-portata tagħhom kif ukoll fil-livell ta’ riskju li huma jġibu magħhom.