Fortunatament, qalbet għall-aħjar il-kundizzjoni ta’ Victor Camilleri, il-ħaddiem ta’ 62 sena minn Birkirkara li kien f’qagħda kritika wara t-traġedja tal-Ġimgħa li għadda fil-Gżira.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li Camilleri m’għadux taħt kura intensiva.
Fl-inċident, li seħħ fi Triq il-Ġnien, tilef ħajtu Eugenio D’Anastasi, ħaddiem ta’ 56 sena minn Birkirkara, wara li ċediet gallarija u scaffolding f’sit ta’ kostruzzjoni.
Dakinhar, flimkien ma’ D’Anastasi u Camilleri kien hemm ukoll Tony Bartolo, ta’ 44 sena minn San Ġwann, li ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ħfief.
//= $special ?>

