Internazzjonali

Jinqabad kelb il-baħar ta’ sitt metri…fl-Awstralja

Sajjied minn fuq lanċa tas-sajd fl-Awstrlaja qabad kelb il-baħar ta’ sitt metri. Il-kelb il-baħar, tat-tip Tiger Shark, inqabad barra Tweed Heads qrib a Lennox Head fit-Tramuntana ta’ New South Wales.
Milli jidher il-kelb il-baħar inqabad hekk kif sajjied kien qed jipprova jaqbad kelb il-baħar iżgħar, tat-tip Hammer Head, meta dan il-kelb il-baħar ħareġ jaħtafu.