Futbol Sport

Klopp mhux interessat

L-aġent tal-kowċ Jurgen Klopp qal li l-klijent tiegħu mhux se jkun qed imexxi lil Marseille minkejja li l-klabb minn Ligue 1 wera interess qawwi li jaħtar lill-eks kowċ ta’ Borussia Dortmund.

Marseille kellhom bidu diżappuntanti fil-Kampjonat is-Sibt meta Marcelo Bielsa rriżenja wara telfa kontra Caen.

“Marseille urew interess kbir imma għal Jurgen għadu ma wasalx iż-żmien li jirritorna fix-xena,” qal l-aġent ta’ Klopp, Marc Kosicke.