Internazzjonali

L-ISIS joqtol l-ostaġġ Kroat

Ftit tal-ħin ilu, il-fergħa tal_ISIS fl-Eġittu ħarġet filmat li fih juri dak li qed jintqal hu l-katavru ta’ Tomislav Salopek, Kroat ta’ 31 sena li kien inħataf ix-xahar li għadda fil-kapitali Eġizzjana l-Kajr.
Il-ġimgħa li għaddiet l-ISIS ordnat li jinħelsu n-nisa kollha fil-ħabsijiet Eġizzjani inekella kien se jinqatel Salopek.
Salopek, missier ta’ żewġt itfal, inħataf waqt li kien sejjer ix-xogħol fil-Kajr fejn kien jaħdem ma’ kumpannija Franċiża.