Futbol Sport

Midfielder Spanjol ma’ B’Kara

Birkirkara ħabbru li akkwistaw lill-midfielder Spanjol ta’ 30 sena Juan Quero Barrasoli. Barrasoli iffirma kuntratt ta’ sena. Hu kapaċi jilgħab kemm bħala midfielder avvanzat kif ukoll bħala winger.

Quero beda l-karriera tiegħu fl-akkademja ta’ Real Madrid u riċentament kien jilgħab għal Hercules fi Spanja.

Intant, Lija Athletic akkwistaw b’self mingħand Birkirkara lid-difensur żagħżugħ ta’ 20 sena Leon Muscat. Muscat għamel l-ewwel passi tiegħu fil-futbol fin-nursery ta’ Rabat Ajax qabel issieħeb ma’ Birkirkara fl-eta’ ta’ 13-il sena fejn rebaħ il-kampjonat ta’ Section A mal-U19 u l-istaġun li għadda iddebutta mal-kbar fl-FA Trophy.

MARSA – Id-difensur ta’ 21 sena Lincoln Micallef ġie kkonfermat għal staġun ieħor ma’ Marsa, wara li kien diġa’ ssieħeb lill-klabb f’Jannar li għadda. Matul il-karriera tiegħu Micallef kellu wkoll esperjenza ma’ Msidali għal darb’oħra sellfuh lil Marsa. Intant, Marsa ħabbru li akwistaw lid-difensur ta’ 33 sena John Debattista, li riċentament kien plejer ta’ Fgura United. Fil-passat, fost l-oħrajn Debattista lagħab ukoll mar-rivali Hamrun Spartans.