Internazzjonali

Miet Uggie, il-kelb li seraq qalb kullħadd fil-film “The Artist”

Tħabbret il-mewt ta’ “Uggie”, il-kelb ta’ razza Jack Russell Terrier li kien seraq qalb kullħadd fil-film “The Artist”. Il-kelb traqqad minn sidu wara li kien marad bil-kanċer.
Il-kelb kellu 13-il sena u skont sidu, Omar Von Mueller, f’dawn l-aħħar xhur kien qed ibati ħafna.
Il-film “The Artist” fl-2012 kien rebaħ l-Oscar.