Tarxien Rainbows ħabbru li akkwistaw numru ta’ plejers barranin. Wieħed minn dawn hu Alex da Paixao Alves magħruf aħjar bħala Lekao.
Dan il-plejer Brażiljan se jkun qed jifforma parti mill-grupp ta’ plejers barranin li se jkunu qed jilgħabu mat-tim immexxi minn Jacques Scerri matul l-istaġun li ġej.
Lekao għandu 22 sena u hu meqjus bħala attakkant prometenti ħafna tant li se jkun qed jilgħab għall-ewwel darba barra minn pajjiżu u f’pajjiż Ewropew. Fil-Brażil hu kien qed jilgħab l-aħħar ma’ Oeste waqt li lagħab ukoll ma’ Bahia de Feira.
Id-difensur ċentrali Brażiljan ta’ 29 sena Bruno De Oliveira ukoll wasal Malta sabiex jissieħeb mar-Rainbows. Oliveira kien jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-Bulgarija ma’ Chernomerets u lagħab ukoll fil-Brażil ma’ Botafogo, Noroeste u Ypiranga.
Plejer ieħor Brażiljan li ingħaqad ma’ Tarxien hu dak ta’ 31 sena, Danilo Meira Santos. Din se tkun it-tieni darba li Santos se jkun qed jilgħab ma’ Tarxien wara li kien għamel dan fl-istaġun 2012/13. Hu kien skurja tmien gowls matul l-istaġun.
//= $special ?>
