Floriana u Trapani Calcio laħqu ftehim biex Igor Coronado jingħaqad b’self mal-klabb Taljan għall-istaġun li ġej. Dan wara li hu mpressjona u skurja numru ta’ gowls fil-jiem ta’ prova li kellu ma’ dan it-tim. Trapani Calcio għandhom ukoll l-għażla li jakkwistaw b’mod permanenti lill-plejer fi tmiem l-istaġun. Intant, l-istess Coronado ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Floriana għal sena oħra.
//= $special ?>Qbil bejn Floriana u Trapani Calcio dwar Coronado


