Futbol Sport

Schurrle dubjuż

Andre Schurrle jista’ jitlef l-ewwel partiti mill-Bundesliga kontra Eintracht Frankfurt il-Ħadd minħabba injury li għandu f’kuxxtejh.
L-internazzjonali Ġermaniż mistenni jkollu rwol importanti ma’ Wolfsburg fl-ewwel staġun sħiħ tiegħu lura fil-Ġermanja wara li telaq lil Chelsea.

Imma bix-xnigħat persistenti li Kevin De Bruyne se jsieħeb lil Manchester City, issa Wolfsburg għandhom ukoll tħassib dwar Schurrle qabel l-ewwel logħba f’darhom kontra Eintracht.