Tifel Libjan ta’ tliet xhur iddaħħal l-Isptar Mater Dei isofri minn feriti gravi minħabba ksur f’rasu wara li jidher li waqa’ minn pushchair.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.30pm. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li dak il-ħin, ommu kienet qed titma lil oħtu t-tewmija meta għal xi raġuni t-tifel waqa’ mill-pushchair u ħabat rasu.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Mal-wasla l-Isptar, it-tifel kien iċċertifikat li kien qed isofri minn feriti gravi kawża tal-ksur f’rasu.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

