Wara ritratt li deher fuq is-sit ta’ maltarightnow.com ta’ vann, il-pulizija infurmaw lil dan is-sit li l-vann se jigi rmunkat aktar tard illum.
Dan il-vann li jidher fir-ritratt jinsab fi Triq Ċikku Bonaci fl-inħawi Ta’ Paris, f’Birkirkara – vann li ilu mitluq bla pjanċi għal aktar minn xahar se jigi rmunkat mill-Pulizija aktar tard illum.
Residenti li tkellmu magħna qalulna li f’din it-triq diġa’ teżisti diffikulta’ kbira ta’ parkeġġ.
Fil-fatt, il-vann ħa kważi spazju ta’ żewġ karozzi, u jinsab ipparkjat ħażin. Meta xi nies ikkuntatjaw lil Pulizija, mill-għassa qalulhom li dawn jafu bih u waħlulu nota.
//= $special ?>

