Żagħżugħ ġie agredit fil-parkeġġ tad-diskoteka Gianpula nhar il-Ħadd fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu.
Il-vitma tħalla mixħut f’nofs il-parkeġġ mitluf minn sensih.
Fi stqarrija f’isem il-vitma, il-Fondazzjoni Aditus saħqet biex minn għandu xi informazzjoni dwar dan l-attakk huma mitlub jikkuntajta l-fondazzjoni billi jċempel jew jibgħat messaġġ fuq in-numru 99892191
Fuq il-post kien hemm ukoll xi tfajliet li bdew iwaqfu lill-agressur milli jkompli jsawwat lill-vittma. Il-Fondazzjoni Aditus qed titlob ukoll l-għajnuna ta’ dawn it-tfajliet.
//= $special ?>