Lokali

Aġġornata: Żewġ t’ibniet ta’ 6 u 10 snin fost sitt persuni midruba f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Dario Vella, żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku fil-by-pass tal-Mellieħa. Ħames persuni ohra weġġgħu f’dan l-inċident,  fosthom familja sħiħa, inkluż żewġ t’ibniet ta’ 6 u 10 snin.

Dan il-portal huwa infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-17,30. F’din il-ħabta kienu involuti żewġ vetturi, mini-bus tat-tip Toyota Coaster li kien qed iġorr il-familja, u karozza tat-Tip Toyota Aygo. Il-mini-bus kien misjuq minn xufier li għandu 36 sena residenti Ħaż-Żabbar filwaqt li x-xuffier tal-karozza, Dario Vella, huwa residenti u kunsillier fil-Mellieħa. Il-familja li kienet fil-mini-bus hija waħda Britannika, raġel ta’ 48 sena, mara ta’ 38 sena u ż-żewġ t’ibniet.

Fuq il-post tal-inċident issejħu numru t’ambulanzi li ħadu lill-midruba; il-familja u ż-żewġ xufiera l-isptar Mater Dei.

incident mellieha 3

incident mellieha 1

 

11850819_876252115797839_306107747_n