Uffiċjali fl-Enemalta li tkellmu sew ma’ dan l-istazzjon kif ukoll mal-ġurnal Times of Malta qed jallegaw li l-interconnector mhux jitħaddem sew. Allegazzjonijiet li fil-prattika ifissru konsegwenzi serji, tant li sorsi mill-qalba tal-Enemalta kienu kwotati jgħidu li l-blackout totali fil-pajjiż il-ġimgħa l-oħra seħħ kawża ta’ settings ħżiena min-naħa ta’ Malta – u mhux ħsarat fi Sqallija.
Dwar dan saqsejna lill-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, li donnu prova jevita d-domandi li ridna nagħmlulu fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet.
Fil-fatt, l-Enemalta ħarġet stqarrija li fiha ċaħdet il-kontenut ta’ artiklu li deher fit-Times fejn intqal illi l-qtugħ tad-dawl fis-6 t’Awwissu ma kienx riżultat ta’ ħsarat fi Sqallija. L-Enemalta qed tinsisti li dan hu rappurtaġġ qarrieq.
Din il-kamra tal-aħbarjiet pruvat tagħmel kuntatt mal-kumpanija Terna fi Sqallija.
Sabina Moretti, kelliema għal Terna Rete Italia, għażlet li ma twieġeb l-ebda mid-domandi li għamilna lill-kumpanija li qed tieħu hsieb l-interconnector min-naħa ta’ Sqallija. Terna min-naħa tagħhom baghtulna l-istqarrija li harget aktar kmieni din il-ġimgha mill-Enemalta.
Fl-ahhar sighat, aktar haddiema u inginiera tal-Enemalta tkellmu ma’ dan l-istazzjon u esprimew dizappunt kbir ghall-mod kif il-Gvern qed ihaddem il-progett tal-interconnector. Uħud qalulna li huwa propju tort ta’ deċizjonijiet ħżiena mill-management li qed nispicċċaw bi qtugħ kontinwu fil-provvista tad-dawl.
//= $special ?>

