Lokali

Filmat: Spettaklu tan-nar fil-Qrendi

L-Ispettaklu pirotekniku se jkun qed jittella fil-lokalita tal-Qrendi, spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika, ħarqa tradizzjonali kif ukoll spettaklu ta’ nar tal-art.

Żorna l-għelieqi minn fejn se jinħaraq in-nar, propja waqt il-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem ma’ Mario Zerafa tkellimna kif dan it-temp xejn normali għall-ġimgħa ta’ Santa Marija effettwa l-għaqda waqt ħidmitha.

L-ispettaklu pirotekniku fil-Qrendi jibda għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fejn se jkun hemm ħarqa ta’ nar sinkronizzata mal-mużika, nar tradizzjonali kif ukoll spettaklu ta’ nar tal-art li din is-sena din is-soċjeta rebħet il-kompetizzjoni nazzjonali.

Minbarra dawn l-ispettakli l-qofol jintlaħaq nhar il-festa tal-Assunta fejn f’seba’ lokalitajiet tkun iċċelebrata l-Festa tat-tlugħ is-sema tal-Madonna.