Suppost ninsabu fl-eqqel ġimgha tas-sajf Malti, ħafna jkunu bil-vaganzi u oħrajn ikunu għaddejin b’ħidma ma taqta’ xejn jippreparaw għall-festa tal-Assunta iċċelebrata fil-15 t’Awwissu.
L-isfortuna ta’ din is-sena hi li l-maltemp tellef ħafna minn din il-ħidma imma żgur li ma qatax qalb id-dilettanti li komplew bil-ħidma tagħhom biex kemm jista jkun igawdu dawn il-jiem ta’ festa, kemm huma kif ukoll dawk li jżuru l-irħula rispettivi biex huma wkoll iduqu minn dak li toffri l-festa Maltija.
Fl-Imqabba il-preparamenti għall-ħarqa ta’ lejliet il-festa jinsabu fl-aqwa tagħhom. L-ispettaklu bit-torri tad-dawl rinomat ma din il-lokalita kif ukoll siltiet ta’ muzika sinkronizzati man-nar se jkunu għal darb ohra l-attrazzjoni. Il-ħidma ma taqta’ xejn fl-għelieqi tal-madwar.
In-Nar hu parti biss minn din il-festa iz-żgħażagħ tal-lokalita għaddejin ukoll b’ħidma biex il-Ħamis filgħaxija jagħtu spettaklu huma wkoll fil-pjazza tal-Imqabba. B’nar sinkronizzat mal-mużika minn fuq il-każin, show ta’ karti jiżfnu mal-mużika kif ukoll spettaklu ta’ dawl. Dis-sena wkoll qed jiġi ikkomemorat is-70 anniversarju mit-twaqqif tal-Orkestra Santa Marija f’din il-lokalita’.
//= $special ?>