Lokali

Gaia Cauchi tirbaħ il-New Wave Junior Festival fil-Krimea

Gaia Cauchi rebħet l-erbatax-il edizzjoni tan-New Wave Junior Festival fil-Krimea.

Il-Ħamis filgħaxija fil-Krimea sar magħruf li Gaia, l-ewwel kantanta Maltija li qatt ħadet sehem f’dan il-festival, rebħet fost il-kompetituri l-oħra mir-Russja u l-madwar. Huwa stmat li aktar minn għaxart elef ruħ kienu fis-sala. Dan il-kunċert isegwuh aktar minn mitt miljun ruħ kull sena meta jixxandar aktar tard tul is-sena fuq l-aktar stazzjon televiżiv segwit fir-Russja.

B’din ir-rebħa Gaia mhux biss rebħet it-titlu iżda wkoll se tingħata l-opportunita’ li f’Ottubru li ġej terġa’ tkun il-mistiedna speċjali internazzjonali fin-New Wave Festival li huwa l-verżjoni tal-festival għal kantanti adulti.