Is-sidien ta’ Electrogas għandhom jiggarantixxu s-self bl-assi tagħhom stess. Qalet dan l-Alternattiva Demokratika fi stqarrija, fejn qalet li fl-isfond tal-aħħar garanzija ta’ €360 li l-Gvern ta lill-Electrogas, dan l-ammont hu ekwivalenti għal terz tal-kumpanija Enemalta.
L-Alternattiva Demokratika staqsiet minn meta li l-Gvern jiggarantixxi għall-kumpaniji privati bi flus pubbliċi. Żiedet tistaqsi jekk il-Gvern għandux xi obbligazzjoni lejn dawn l-investituri biex qed jagħtihom dan it-trattament preferenzjali.
L-Alternattivi temmet tgħid li l-investituri għandhom jiggarantixxu bl-assi tagħhom stess peress li Simens għandhom assi madwar id-dinja kollha, il-grupp Tumas għandu l-Portomaso u diversi lukandi filwaqt li l-grupp Gasan jista’ juża bħala garanzija l-proġett TownSquare u assi oħra.
“Joseph Muscat u Konrad Mizzi jridu jieqfu jilgħabu Russian Roulette bil-flus tat-taxpayers Maltin”, temmet tgħid l-Alternattiva Demokartika.
//= $special ?>

