Il-prosekuturi Żvediżi waqqgħu l-investigazzjoni dwar allegazzjonijiet li jinvolvu aggrediment sesswali fil-konfront ta’ Julian Assange, il-fundatur ta’ Wikileaks.
Dan wara li laħaq skada l-istatut tal-limitazzjonijiet, hekk kif il-liġi tal-Iżvezja ma tippermettix li jitressqu akkużi kontra suspettat mingħajr ma dan ikun għadda minn interrogazzjoni qabel.
Intant, Assange, li hu ġurnalist Awstraljan, qal li hu ferm iddiżappuntat u sostna li l-prosekutur Żvediż kien qed jevita li jisma’ l-verżjoni tiegħu fid-dawl tal-allegazzjonijiet. Julian Assange qed jiċħad l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tiegħu iżda xorta qed jiffaċċja l-aktar akkuża serja li tinvolvi stupru.
Fl-2012, Assange ingħata kenn politiku fl-ambaxxata tal-Ekwador, f’Londra, bl-iskop li ma jkunx estradit għall-Iżvezja. Dan fost il-biża’ li hu seta’ jintbagħat l-Istati Uniti biex iwieġeb dwar l-attivitajiet ta’ Wikileaks.
//= $special ?>