Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-piż kolossali ta’ €360 miljun fuq il-poplu Malti u Għawdxin hija irresponsabbli għaliex l-unika raġuni li ttieħdet hija biex il-Prim Ministru Joseph Muscat isalva ġildu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta r-reazzjoni uffiċjali tal-Oppożizzjoni għall-garanzija bankarja ta’ €360 miljun mill-Gvern lill-konsorzju Electrogas biex jibni power station oħra, il-Kap tal-PN qal li din il-garanzija ingħatat għaliex mingħajrha il-banek ma kienux isellfu l-flus lill-Ectrogas u l-proġett ma jsirx. Jekk il-proġett ma jsirx, kompla Simon Busuttil, huwa ovvju li Joseph Muscat kien ikollu jerfa’ r-responsabbilta’ politika u jirriżenja.
“Li wieħed jitfa’ piż kolossali ta’ €360 miljun unikament biex isalva ġildu hija att gravi ta’ egoiżmu u irresponsabbilta’ fil-konfront tal-poplu Malti u li jfisser li kull familja Maltija u Għawdxija qed tissogra €2,500 għall-bini tal-Power Station,” qal Simon Busuttil, “Illum l-interess personali ta’ Joseph Muscat rebaħ fuq l-interess nazzjonali tal-poplu Malti u Għawdxi”
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru diġa’ kiser il-wegħda tiegħu li jibni Power Station f’sentejn u issa kiser wegħda oħra, dik li tinbena mill-privat. Dan għaliex ir-riskju se jġorru l-pubbliku filwaqt li l-profitti jmorru għand il-konsorzju.
Hu fakkar li l-Gvern m’għandu l-ebda mandat elettorali biex ipoġġi piż kolossali ta’ €360miljun fuq il-poplu Malti u dan hu ngann għaliex il-poplu qatt ma ntalab li qatt ma ntalab jaqbilx li jerfa’ l-piż bħal dan qabel l-elezzjoni.
Il-Kap tal-PN semma tliet punti li dwarhom l-Oppożizzjoni qed tqajjem oġġezzjoni.
//= $special ?>

