Lokali

LIVE BLOG: Konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-PN

16:32
“Dan il-Gvern hu mibni fuq gidba. U issa irrealizza li mingħajr il-garanzija bankarja kien ikollu jistenna mill-inqas 22 xahar ieħor biex jibda l-proġett tal-powerstation”.

16:30
“Kieku Muscat ma tax din il-garanzija, kieku kien ikollu jirriżenja għaliex rabat il-futur politiku tiegħu mal-proġett tal-powerstation il-ġdida.

16:25
Ġurnalista tas-Super One tipprova tħarbat il-konferenza tal-aħbarijiet b’interruzzjonijiet kontinwi.

16:24
Simon Busuttil iwaqqa’ l-maskra tal-Gvern – jispjega għaliex hemm differenza ċara bejn għajnuniet li taw Gvernijiet passati lill-Enemalta (kumpanija statli) u l-garanzija bankarja li ta Muscat lill-Electrogas (kumpanija privata).

16:19
Se niżguraw li l-Gvern jagħti rendikont sħiħ għal dak li qed jagħmel.

16:16
Nuqqas ta’ serjeta’ mill-Gvern fil-konfront tal-Kummissjoni Ewropa. U Muscat qed jibqa’ għaddej.

16:13
Din hija mossa diskriminatorja mill-Gvern Laburista.

16:11
“Il-Prim Ministru issa qabeż kull limitu”. Simon Busuttil sostna li l-Gvern m’għandu l-ebda mandat elettorali għal din il-garanzija bankarja.

16:10
€2,500 piż fuq kull familja bħala garanzija għall-Electrogas.

16:10
Mingħajr il-garanzija bankarja il-powerstation ma kinitx tista’ tinbena. U għalhekk il-Prim Ministru ta din il-garanzija statali biex isalva ġildu.

16:10
L-Oppożizzjoni tikkundanna din id-deċiżjoni irresponsabbli tal-Gvern.

16:08
Simon Busuttil sostna li din hi kwistjoni li “mhix normali” b’referenza għall-garanzija bankarja li ingħatat minn wara dahar kulħadd.

16:07
Tibda l-konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament.

15:30
Fi ftit tal-minuti oħra l-Kap tal-PN Simon Busuttil se jkun qed jindirizza lill-media rigward il-Garanzija Bankarja ta’ 360 miljun ewro lill-Electrogas.