Lokali

Mara tqila fost dawk involuti f’inċident li wassal biex inqalbet karozza fil-bypass ta’ Birkirkara

Mara ta’ 33 sena minn Ħad-Dingli kellha tittieħed l-Isptar għall-prekawzjoni minħabba li hi tqila wara inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni fil-bypass ta’ Birkirkara. Barra minhekk, xufier ta’ vettura li nqalbet fl-istess inċident irrifjuta li jmur l-Isptar għall-kura. Dan kollu seħħ ftit qabel is-2pm.

Mhux magħruf x’wassal biex il-vettura tat-tip Volkswagen Golf, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Ħal Għargħur, inqalbet viċin il-ħanut Model Shop. Għal xi raġuni, fl-inċident kienu nvoluti wkoll żewġ vetturi oħra: Mitsubishi Pajero misjuqa minn raġel ta’ 38 sena minn Ħad-Dingli, li kellu lill-mara tqila bħala passiġġiera, kif ukoll vettura tat-tip Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Santa Luċija.

Mal-wasla tagħhom fil-post, il-Pulizija sejħu Ambulanza biex tingħata l-ewwel għajnuna medika lill-mara tqila. Hi ttieħed l-Isptar bħala prekawzjoni. Min-naħa l-oħra, ix-xufier minn Ħal Għargħur irrifjuta li jmur l-Isptar għall-kura.

Kawża tal-inċident, il-karreġġjata fid-direzzjoni tal-Belt kellha tingħalaq għal xi ħin.

incident iklin 2