Joseph Muscat kien qal li jirriżenja jekk ma jsibx investitur. Issa l-investitur kellu bżonn il-Gvern biex il-powerstation tista’ tinbena
Mingħajr il-garanzija ta’ €360 miljun li ta l-Gvern Laburista, il-powestation ma kinitx tkun tista’ ssir. Dan peress li l-banek kollha li sellfu l-flus lill-konsorzju Electrogas ma kienux ikunu lesti li jagħmlu dan qabel ma l-Kummissjoni Ewropea tapprova wegħda li l-Gvern għamel lill-Electrogas, jiġifieri li jixtri l-fuel mingħand l-Electrogas għal 18-il sena sħaħ anke’ jekk ikun hemm disponibbli fuel bi prezz ferm irħas.
Dan ħareġ minn Konferenza tal-Aħbarijiet dalgħodu mill-Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi u mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.
Ilbieraħ ġie żvelat li l-garanzija bankarja għal self mill-banek lill-Electrogas tela’ għal €360 miljuni. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie kkonfermat li t-total ta’ self lill-konsorzju kien ta’ €450 miljuni minn erba’ banek: BOV, KFW IPEX-Bank Gmbh, HSBC Bank plc u Societe Generale. Minn dawn il-€450 miljun, il-Gvern Laburista, minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, qed jagħmel tajjeb għal €360 miljun minnhom, filwaqt li l-Konsorzju Electrogas qed jagħmel tajjeb għall-bqija tat-total.
Iżda jirriżulta sakemm il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-wegħda li għamel il-Gvern lill-Electrogas, jiġifieri li jixtri l-elettriku mingħandu għal 18-il sena sħaħ, il-banek ma kinux lesti li jsellfu l-flus li l-Electrogas għandha bżonn biex tibni l-powerstation tal-gass, li kienet il-wegħda elettorali prinċipali tal-Partit Laburista qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013.
Dan wassal biex il-Gvern ħareġ għonqu għall-Electrogas b’€360 miljun minn flus il-poplu biex ikun jista’ jsir is-self qabel ma jkun hemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal wegħda li l-Gvern Laburista għamel lill-Electrogas. Muscat kien qal li jekk ma jsibx investitur privat li jidħol għal dan il-proġett, jirriżenja. Issa b’dan li ġie żvelat jirriżulta li mhux minnu li l-investitur se jkun kapaċi jagħmel dan il-proġett waħdu, iżda kellu bżonn it-€360 miljun minn flus il-poplu bħala garanzija.
Joseph Muscat kien qal li jekk ma jsibx investitur privat li jidħol għal dan il-proġett, jirriżenja. Bil-garanzija bankarja jirriżulta li mhux minnu li l-investitur se jkun kapaċi jagħmel dan il-proġett waħdu, iżda kellu bżonn it-€360 miljun minn flus il-poplu bħala garanzija.
Skont Edward Scicluna u Konrad Mizzi, il-wegħda li l-Gvern jixtri l-elettriku għal 18-il sena mingħand l-Electrogas, jew kwalunkwe’ investitur privat li kien jidħol għall-proġett, kienet neċessarja biex ikun hemm kumpaniji li juru interess li jidħlu għall-proġett tal-bini tal-powerstation.
Dan peress li kienet fil-wegħda tal-Partit Laburista li l-proġett tal-bini tal-powerstation tal-gass issir kompletament mill-privat, bi spejjeż għall-privat. Biex jikkonvinċi lill-privat jidħlu għal dan il-proġett,j il-Gvern ikkommetta ruħu li jixtri l-elettriku għal 18-il sena sħaħ, anke’ jekk l-elettriku ikun irħas minn sorsi oħra, bħal pereżempju l-interconnector.
Iżda jirriżulta li l-Kummissjoni Ewropea qed tinvestiga din il-wegħda u l-banek ma kienux lesti li jsellfu l-flus lill-Electrogas mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal din il-wegħda.
Dan wassal biex il-Gvern Laburista ħareġ minn fondi pubbliċi s-somma ta’ €360 miljun. Oriġinarjament, kien ġie żvelat li l-Gvern diġa kien ta garanzija ta’ €88 miljun biex il-Bank of Valletta sellef madwar mitt miljun ewro lill-Electrogas. Issa jirriżulta li din il-garanzija sparat għal €360 miljun biex il-flus ikunu jistgħu jiġu msellfa qabel l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Mistoqsi kemm tieħu fit-tul l-investigazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-bini tal-powerstation tal-gass, il-Ministru Edward Scicluna qal li skont kalkuli tal-esperti, id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea tista’ tieħu sa’ 22 xahar.
Dan ifisser li mingħajr il-garanzija bankarja ta’ €360 miljun li l-Gvern ta minn flus il-poplu, ix-xogħol fuq il-bini tal-powerstation il-ġdida mill-Electrogas ma kinitx tibda qabel l-2017, jiġifieri ftit xhur qabel l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Meta waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet il-Ministru kienu mistoqsija x’jiġri f’każ li l-Unjoni Ewropea toġġezzjona għall-wegħda li għamel il-Gvern lill-Electrogas, jiġifieri li jixtri l-elettriku mingħandu għal 18-il sena sħaħ, il-Ministri tal-Gvern wieġbu li huma kunfidenti li jkun hemm andament pożittiv.
Il-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Konrad Mizzi l-anqas ma kienu ċari dwar x’jiġri jekk xi ħaġa tmur ħażin fil-Konsorzju, b’riskju għat-€360 miljun li l-Gvern ta f’garanzija minn flus il-poplu.
Dan hekk kif ftit taż-żmien ilu tħabbar li waħda mill-kumpaniji f’dan il-Konsorzju, il-GASOL, irtirat mill-Konsorzju minħabba l-qagħda finanzjarja diżastruża li tinsab fiha.
Qabel l-Elezzjoni Ġenerali, Joseph Muscat kien insista għal iktar minn darba li hu jżomm kelmtu li jirriżenja jekk il-powerstaion tal-gass ma tkunx lesta fi żmien sentejn mill-Elezzjoni. Wara hu kien qal li jirriżenja jekk ma jsibx investitur li jkun lest li jidħol għal proġett tal-bini tal-powerstation il-ġdida.
Issa jirriżulta li l-Gvern Laburista kellu joħroġ għonqu għall-Electrogas permezz ta’ garanzija bankarja ta’ €360 miljun.
//= $special ?>

