Matul l-ewwel jiem ta’ Awwissu d-Dipartiment tad-Dwana, minbarra spezzjonijiet ta’ rutina li normalment jagħmel kemm fuq il-fruntiera kif ukoll fis-suq intern, imbarka fuq kampanja ta’ spezzjonijiet iffukati fuq prodotti suġġetti għat-taxxa tas-sisa, liema kampanja qiegħda tinvolvi fiha lit-Taqsima tal-Infurzar u s-Sezzjoni tas-Sisa.
Fit-tfittxja li saret fis-suq intern, f’inqas minn ħmistax inqabdu 1,938 flixkun inbid mingħajr bolla tas-sisa, 2,600 sigarett tal-kutrabandu, 26,000 litru żjut lubrikanti, 3,555 bolla tas-sisa tal-inbid li ma kinux qed jintużaw skond il-liġi u 14-il flixkun xorb alkoħoliku,
Dawn l-ispezzjonijiet saru f’ristoranti, supermarkets, residenti privati u anke mħażen.
Fit-tfittxija li saret fuq il-fruntiera, f’Xatt il-Laboratorju, f’Kordin, inqabdet konsenja ta’ 37 tajer pnewmatiku li ma kinux iddikjarati u 800 sigarett tal-kutrabandu.
Fix-Xatt Ta’ Pinto, il-Floriana, inqabdet konsenja ta’ 486 flixkun inbid li ma kienitx dikjarata lid-Dwana.
Saru numru ta’ tfittxijiet ġo vetturi u fuq nies huma u ħerġin mill-Freeport u saru diversi qabdiet ta’ sigaretti li kumplessivament kienu jammontaw għal 3,200 sigarett.
Fit-tfittxija li saret fil-posta, 10 pakketti ġew referuti lill-Awtoritajiet tas-Saħħa minħabba importazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jkunu mediċinali.
//= $special ?>

