M’għadux f’qagħda kritika ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħal Tarxien li t-Tlieta waranofsinhar intlaqat minn xabla waqt re-enactment fil-Forti Rinella.
Dakinhar, iż-żagħżugħ kien qed jagħti dimostrazzjoni ta’ dwell ma’ kollega tiegħu, li għandu 25 sena u li joqgħod Santa Venera.
Kawża ta’ dan, hu kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika. Madankollu, stqarrija tal-Pulizija llum qalet li, fortunatament, il-kundizzjoni taż-żagħżugħ qalbet għall-aħjar.
Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Bormla għadhom qed jinvestigaw il-każ, bl-ewwel indikazzjonijiet juru li ma jidhirx li kien hemm xi intenzjoni ħażina wara dan l-inċident sfortunat.
//= $special ?>