Lokali

Filmat: Ġirien li dejjem ġabu rispett lil xulxin

Dan il-filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali nissel tbissima lil ħafna. Filmat ta’ anzjana mill-Gżira, li għalqet 94 sena, u li sabet sorpriża tistennieha f’għeluq sninha.

Din il-kamra tal-aħbarjiet iltaqet mal-anzjana, Mary Josephine Borg u mal-ġar tagħha, Emanuel Cassar li f’għeluq sninha ferrahha billi kantalha ‘Happy Birthday’ bid-daqq tal-kitarra, f’nofs ta’ triq.

Mary Josephine Borg propjament hi minn Naxxar izda meta kellha 17-il sena giet toqgħod il-gżira flimkien mal-familja taghha biex sena wara, ta’ 18 iżżewġet.

B’kollox Mary ghandha 14-il tifel u tifla li b’xi mod jew iehor kollha jsibu cans imorru jżuruha ta’ kuljum ħlief għal dawk li jgħixu barra minn Malta. Iżda minkejja d-distanza t-twila, Mary xorta waħda żżomm kuntatt magħhom ta’ kuljum, għaliex għal Mary xejn ma jaqtalha qalbha.

Mary tgħid li l-isbah memorji li għandha f’94 sena huma mingħajr dubju tat-tfal, avolja kienu xi ftit imqarbin!

Mary u Emanuel bil-ħbiberija tagħhom wrew kif suppost għandhom ikunu l-ġirien minkejja d-differenzi li jista’ jkun hemm u għalhekk flimkien għaddew messaġġ.