Lokali Saħħa

“Ħa ngħidlu jien lill-Gvern fejn qedgħin l-out-of-stock!”

Kien evidenti d-diżappunt fuq fomm persuna li tkellem magħna dwar in-nuqqas ta’ mediċina partikolari għall-kura tal-kolesterol. Dan meta l-Gvern qed jgħid li l-mediċini out-of-stock kważi sparixxew. Iżda l-verita’ turi mod ieħor.

Dan ir-raġel spjegalna li l-pilloli Tintaros Rosuvastatin ilhom 3 xhur out-of-stock. Qabel, kull pazjent kien jingħata żewġ pakketti ta’ 40 pillola li jservu għal xahrejn. Illum dan ir-raġel qed jingħata biss pakkett wieħed, u l-pilloli huma ta’ 20mg.

Ilbieraħ is-Segretarju Parlamentari Fearne spjega li qabel l-elezzjoni kien hawn 130 mediċina out-of-stock waqt li din il-ġimgħa dan l-ammont naqas għal mediċina waħda biss.

“Jaf x’qed jgħid Chris Fearne? Jaf li aħnar li nieħdu l-pilloli tal-kolesterol ilna 3 xhur f’din is-sitwazzjoni? Mela ħa ngħidlu jien lill-Gvern”, sostna r-raġel li tkellem magħna.