Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IL-ĠIMGĦA 14 TA’ AWWISSU 2015

Il-ġurnali IN-NAZZJON, THE MALTA INDEPENDENT u L-ORIZZONT fil-faċċata dalgħodu kollha jitkellmu bi prominenza dwar il-garanzija bankarja ta’ €360 miljun mill-Gvern lill-konsorzju Electrogas biex jibni power station ohra.

Fi storja oħra IN-NAZZJON tirrapporta “Jgħannqu ‘ l xulxin fl-Awla tal-Qorti”, b’referenza għall-istorja tal-istudent Ungeriż Daboma Jack u ż-żagħżugħa Alison Cutajar, hekk kif ilbieraħ iltaqgġu wiċċ imb wiċċ il-Qorti. Ritratt ukoll tal-isplużjonijiet fiċ-Ċina li qatlu 50 persuna u 700 kienu midruba.

THE MALTA INDEPENDENT bl-istorja prinċipali tkun dik li skont il-Ministru Edward Scicluna, jekk l-Unjoni Ewropea timblokka l-SSA (is-Security of Supply Agreement), il-Gvern jiffinanzja hu l-€450 miljun.

THE TIMES OF MALTA minn naħa tagħha tgħati importanza l-aħbar li l-Bus lane ta’ bejn tas-Sliema u l-Gzira hija “illegali”,dan għaliex m’hemmx biżejjed karreġġjati, skont il-liġi.

Minn naħa tiegħu l-ġurnal tal-General Workers Union L-ORIZZONT jagħżel li jattakki mill-ġdid lil dawk li jesprimu opinjoni politika differenti, u jseħilhom “spjuni”. L-Orizzont jgħid li “l-ispjuni” jinkoraġixxu lil xulxin biex jużaw il-pożizzjoni tagħhom u jiksbu informazzjoni delikata.