Lokali

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali u KKLPN jawgura fejqan ta’ malajr lil Dario Vella

Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius flimkien mal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista, f’isem il-kunsillera kollha tal-Partit Nazzjonalista jawgura fejqan ta’ malajr lill-kollega Dario Vella, Kunsillier f’isem il-Partit Laburista fil-Mellieħa, wara li l-bieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku fil-by-pass tal-Mellieħa.

Fl-istqarrija il-kulleġġ qal li jibqa’ vicin il-familja ta’ Dario f’dan il-mument diffiċli u jtenni l-appell tiegħu sabiex kullħadd juża l-prudenza fit-toroq tagħna.