Meta il-kelliema ta’ Terna Rete, Sabina Moretti, wieġbet l-ewwel email mibgħut minn MaltaRightNow.com mal-ewwel deher li hemm xi ħaġa ‘stramba’ fit-tweġiba – qatatilna fil-qasir u irreplikat it-tweġiba tal-Enemalta li kienet tgħid illi l-ħsarat tal-ġimgħa l-oħra kienu minn naħa ta’ Sqallija.
Iżda korrispondenza mal-istess Moretti, f’isem il-kumpanija fi Sqallija li tħaddem l-interconnector, tikkonferma li meta kellna il-blackout fis-6 t’Awwissu minn naħa ta’ Terna ma kien hemm l-ebda ħsara fil-cable, u s-servizz tal-elettriku baqa’ għaddej. Din hija konferma oħra l-ħsara kienet minn naħa tal-Istazzjon fil-Magħtab, kif tispjega l-kelliema ta’ Terna fl-email tagħha.
Din il-korrispondenza ġiet ippubblikata illum mill-ġurnal Times of Malta u minnha joħroġ ċar li l-ħsara fl-interconnector kienet minn naħa tal-Enemalta.
Interessanti li din l-email ġiet mibgħuta nhar it-Tlieta. U aktar u aktar interessanti l-fatt li fi ftit minuti Terna biddlet il-verżjoni tagħha u għaddiet lill-media email oħra bi stqarrija konġunta mal-Enemalta.
//= $special ?>

