Jidher li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) ma fadalliex budget biex tipparteċipa f’konferenza kbira f’Las Vegas, l-Istati Uniti, fejn kull sena jkun hemm opportunitajiet kbar ta’ promozzjoni għas-settur turistiku.
Michelle Buttigieg, il-persuna appuntata mill-MTA bħala l-Mibgħut għall-Istati Uniti u li hi wkoll eks sieħba fin-negozju ta’ mart il-Prim Ministru, se tmur Las Vegas bħala viżitatur tal-konferenza. Dan hu kkonfermat ukoll f’korrispondenza uffiċjali li waslet għand Radio 101.
Agħar minhekk, minflok ma l-MTA allokat ir-riżorsi neċessarji biex ikun hemm preżenza aħjar, se tfittex li tirkeb fuq dahar l-operaturi privati biex tkun preżenti fil-laqgħat privati tagħhom.
Dwar dan, Radio 101 tkellem mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu Antoine Borg, li qal li l-Oppożizzjoni qed tinsisti li t-turiżmu mhuwiex għodda f’idejn il-Gvern biex jonora l-irbit personali politiku tiegħu, iżda biex tissaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna u l-livell tal-għajxien tal-operaturi, il-ħaddiema u l-familji tagħhom.
//= $special ?>

