Tjiebet il-kundizzjoni ta’ saħħet Dario Vella, iż-żagħżugħ ta’ 25 sena u Kunsillier Lokali tal-Mellieħa, li lbieraħ tard waranofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Mellieħa.
Ftit tal-ħin ilu l-pulizja infurmawna li Vella ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-isptar Mater Dei.
Fuq Facebook, in-neputija ta’ Dario irringrazzjat lil kulħadd għall-appoġġ u t-talb, filwaqt li spjegat li zijuha għad fadallu “ħafna jiem” biex jirkupra għal kollox. Madankollu, esprimiet is-sodisfazzjon li l-kundizzjoni ta’ saħħtu issa tjiebet.
//= $special ?>

