Kumment li għamel fuq Facebook il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, Philip Rizzo, ġġenera ħafna kritika mill-pubbliku, tant li waslu biex il-lejl li għadda ħareġ stqarrija biex jiskuża ruħu.
Il-Kumment li għamel is-CEO. Philip Rizzo, kien indirizzat lejn mara li wkoll taħdem l-ETC u li ma ritratt li hi tellgħet Facebook, Philip Rizzo kkummenta li hi l-unika mara li jaf bħala Kap ta’ Dipartiment partikolari fi ħdan l-ETC li għandha skont hu it-“three Bs: Brain, Boobs and Balls.”
Għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza l-NCPE il-kummenti li għadda fuq Facebook il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ – dwar uffiċjal tal-ETC li taqa’ taħtu, huma inaċċettabbli u ta’ min jikkundannahom.
L-NCPE qalet dan permezz ta’ stqarrija li fiha qalet wkoll li kummenti bħal dawn qatt m’huma aċċettabbli u min iġib ruħu b’dan il-mod huwa kundannabbli, mhux biss fil-livell ta’ CEO iżda fil-livelli kollha.
Minn naha tiegħu Philip Rizzo ħareġ stqarrija biex jispjega dak li ried jgħid fil-kumment tiegħu u biex jiskuża ruħu ma dawk li ħassew bħala offiża l-kumment li kiteb.
Rizzo qal li jiskuża ruħu għaliex ma ħasibx li kumment bħal dak jista’ jaffettwa ħażin lill-korporazzjoni u lill-persuna nnifisha.
Skuza ruħu wkoll mal-NCPE u mal-pubbliku nġenerali.
Qal wkoll li bil-kumment tiegħu bl-ebda mod ma ried jinftijhem li għandu xi preferenza lejn din il-kollega li għaddielha l-kumment. Anzi qal li s-suċċess fix-xogħol tagħha kisbitu biss bid-dedikazzjoni, l-kapaċita’ u l-profesjonalita’ tagħha.
//= $special ?>

