Bħalissa reġa’ hawn Malta l-eks plejer u captain ta’ Inter Javier Zanetti. Din hi t-tielet żjara ta’ Zanetti f’Malta grazzi għar-relazzjoni tajba li għandu mal-Inter Club Pupi Zanetti Malta.
Waqt iż-żjara ta’ Zanetti f’Malta se jkun organizzat Campus li se jibda llum u li jintemm il-Ħadd fil-Luxol Grounds, bil-parteċipazzjoni ta’ kowċis Taljani u oħrajn Maltin, għal tfal ta’ bejn il-ħames u l-15-il sena. Il-Ħadd se jkun organizzat BBQ f’lukanda f’Għajn Tuffieħa, li matulu l-partitarji kollha ta’ Inter se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ Zanetti.
//= $special ?>


