Dario Vella, żagħżugħ ta’ 25 sena residenti l-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku fil-by-pass tal-Mellieħa. Ħames persuni ohra weġġgħu f’dan l-inċident, fosthom familja sħiħa, inkluż żewġ t’ibniet ta’ 6 u 10 snin.
Dario Vella, li huwa residenti u kunsillier fil-Mellieħa, fuq il-paġna tiegħu qed jirċievi diversi messaġġi biex jawgurawlu fejqan ta’ malajr. Fost ohrajn kitbitlu oħtu, li waqt li awguratlu fejqan ta’ malajr, twegħdu li f’dan il-mument diffiċli se jkunu warajh.
Waqt li fl-istqarrija tagħhom il-Pulizija qalu li Dario jinsab fil-periklu tal-mewt, persuni li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li Dario għandu biss xi ksur u mistenni jkun operat fis-siegħat li ġejjien.
//= $special ?>



