Matul il-lejl li għadda l-Pulizija mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga għamlu diversi spezzjonijiet.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet ġew arrestati b’kollox 21 persuna. L-eta’ tagħhom tvarja bejn it-22 sena u 36 sena. Fost il-persuni arrestati kien hemm diversi nazzjonalitajiet fosthom Rumeni u Taljani. Dawn instabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina, kannabis u ecstasy.
//= $special ?>

