Numru ta’ ristoranti u stabbilimenti tax-xorb f’Buġibba kellhom jagħlqu wara li nqata’ d-dawl f’partijiet kbar ta’ Buġibba.
Il-qtugħ seħħ ftit tal-ħin ilu u skont kelliem tal-Enemalta dan kien riżultat ta’ xi ħsara f’sub-station li tinsab fl-inħawi. Jidher li bħalissa għaddej xogħol biex jerġa jkun hemm provvista tal-elettriku.
Persuna li bagħtet dawn ir-ritratti fissret kif xi ristoranti u ħwienet oħra kellhom jagħlqu. Numru ta’ lukandi fl-inħawi ma sabux problema peress li rnexxielhom iħaddmu generators li provdew id-dawl.
//= $special ?>



