Lokali

Duwa tal-ħnien għall-familja – L-ittra pastorali fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Marija mtella’ s-Sema

Filwaqt li tibqa’ fidila lejn il-Vanġelu tal-Familja, nittama li l-Knisja tagħraf issib toroq biex tilqa’ dawk li minkejja li ma jkunux irnexxew fiż-żwieġ jew ir-relazzjoni tagħhom, għadhom jittamaw f’Alla.

Sostna dan l-Isqof t’Għawdex Monsinjur Mario Grech, fl-ittra pastorali fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Marija mtella’ s-Sema. Pastorali li fiha l-Isqof jirrifletti dwar il-qagħda tal-familja, l-isfidi li din qed tiffaċċja u t-tamiet tiegħu għas-Sinodu tal-Isqfijiet li ssejjaħ minn Papa Franġisku għal Ottubru li ġej li se jiddiskuti propju l-familja.

Mhux sigriet li hemm certa stennija dwar x’se joħrog mis-Sinodu dwar ir-realta’ pastorali ta’ dawk li huma divorzjati u jinsabu fit-tieni relazzjoni, jikteb Monsinjur Grech. Hu sostna li min jgħid li għandhom jaqgħu certu ħitan li jagħżlu mill-bqija tal-komunita’ lil dawk li huma irregolari fiż-żwieġ imma jemmnu fi Kristu Feddej, bl-ebda mod ma qiegħed ipoggi f’periklu t-tagħlim dwar l-indissolubilita’ taz-zwieg.

Għalkemm din is-sitwazzjoni tmur kontra s-sagrament Nisrani taz-Zwieg, Papa Franġisku jgħid li dawn il-persuni m’huma xejn affattu skomunikati huma dejjem jaghmlu parti mill-Knisja.

Hu qal li filwaqt li l-bibien jibqgħu miftuħa, ma hemm ebdaħ li l-Knisja tibdel id-duttrina tagħha dwar iż-żwieg u l-familja. Il-pedament tal-familja huwa żwieg bejn ragel u mara li jinħabbu bi mħabba dejjiema, fidila u miftuħa għal ħajja.

L-Isqof kompla li minkejja dan il-process mgġaġġel ta’ bidla, tibqa ħajja fil-bniedem ix-xewqa li jifforma familja, anki jekk fost il-generazzjoni li tielgħa, hemm min jippreferi li jgħix il-ħajja ta’ koppja b’mod privat u mhux bħala impenn pubbliku.

Kien propju għalhekk u għall-fatt li t-tibdil kulturali qawwi qed joħloq mistoqsijiet fost in-nies dwar il-konvinzjonijiet li sa ftit ilu kienu sħaħ daqs iż-żonqor, li l-Papa Franġisku se jlaqqa’ s-Sinodu sabiex nirriflettu dwar is-sejħa u l-missjoni tal-familja fid-dinja tal-lum.