Lokali

Filmat: “Tbatija fuq tbatija, jum wara jum” – l-istorja ta’ George, li kumplikazzjonijiet wara tumur ħallewh maqful id-dar

“Kieku l-bambin itini s-saħħa mmur naħdem, imma saħħti marret lura għal kollox”

George Zammit għandu 49 sena biss, iżda għal dawn l-aħħar xhur spiċċa maqful id-dar minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppaw wara tumur li kellu minħabba kanċer fil-musrana.

Ma’ MaltaRightNow.com, George rrakkonta l-istorja tiegħu, fejn spjega t-tbatija kbira li jgħaddi minnha minn jum għall-ieħor. Hu fisser li qabel kien ibiegħ is-saħħa, iżda llum il-ġurnata saħħtu marret tant lura tant li jinsab f’diffikultajiet finanzjarji kbar.

George, li għandu żewġt itfal żgħar, jgħid li b’€500 fix-xahar hu jrid jitma lill-familja u jħallas il-kera, filwaqt li jgħid li jixtieq imur jaħdem imma l-kundizzjoni ta’ saħħtu ma tħalliehx.

Permezz ta’ MaltaRightNow.com, George jappella lill-pubbliku għal donazzjonijiet ta’ ikel jew għotjiet finanzjarji ħalli sakemm iġib saħħtu lura, ikun jista’ jibqa’ jitma lit-tfal tiegħu.

Ibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ MaltaRightNow.com fuq Facebook jekk tixtieq tgħin lil George.

George Zammit